Il-kantanta lokali Davinia Pace tinsab barra minn xtutna biex tkompli taħdem fuq il-karriera tagħha waqt li bniet ħajjitha hemm. Bla dubju meta persuna tmur tgħix 'il bogħod minn pajjiżha, ser tħoss in-nuqqas ta' dawk qrib tagħha bla dubju.

L-omm dejjem l-omm! Kulħadd jieħu gost igawdi lil ommu. Fil-fatt Davinia waqt li qiegħda New York, kellha żjara speċjali mingħand l-għażiża ommha. Apprezzat immens u kif jixgħed ir-ritratt ma ħlewx ħin u qed igawdu lil xulxin kemm jistgħu.

"Hi kuntentizza kbira meta żżurek f'New York", kitbet bil-ferħ Davinia. Bħal dejjem nawguraw lil Davinia kull suċċess u dak kollu li tixtieq qalbha!


Kyle Zarb