Frisk mill-esperjenza tiegħu fuq X Factor Malta, il-kantant Dav.Jr dalgħodu kellu sfida differenti minn dik tal-palk. Il-kanzunetti ta' Dav.Jr, anke qabel is-suċċess tiegħu fuq X Factor waslu fuq l-istazzjonijiet tar-radji lokali u żgur li ħa nkomplu nisimgħu aktar u aktar mingħand dan l-artist.

Fuq il-profile ta' Facebook tiegħu, David kiteb x'kienet il-missjoni tiegħu ta' dalgħodu! "Dalgħodu kelli l-pjaċir li nwassal żewġ workshops, "Songwriting" u "Story Telling with Sound" ġewwa Stagecoach Performing Arts School - Malta waqt il-kamp annwali tagħhom. Grazzi lil kulħadd."

Jidher li għoġbitu din l-avventura lil Dav.Jr u l-isfida żgur li għelibha! Ma għandniex dubju li t-tfal żgur ħadu gost bil-karattru ferrieħi ta' Dav u żgur mhux forsi li wkoll tgħallmu mingħand dan l-artist li barra li jkanta, hu jikteb il-materjal tiegħu.

Sabiħ li tara artisti telgħin li jagħmlu l-aħjar tagħhom sabiex dak li jafu huma, jgħaddi lil oħrajn.


Emil Calleja Bayliss