Wara li lbieraħ sfortunatament sirna nafu li l-parteċipazzjoni fil-MESC 2025 tal-kantanta Alexandra Alden intemmet hawn, illum il-PBS qed iħabbar il-kanzunetta li ser tkun l-24 semifinalista li tikkompeti fi Frar li ġej. Din hi Għażliet, kantata minn Dario Bezzina flimkien ma' Żeppi L-Muni.

"AĠĠORNAMENT – Wara l-aħbar tal-bieraħ mill-PBS, dawn huma l-24 semifinalista uffiċjali aġġornati! Ibqgħu segwu fuq il-midja soċjali tagħna għall-aħħar aġġornamenti!," jiktbu fuq il-paġna Eurovision Song Malta.  Għadu mhux imħabbar min ser jikkompeti fl-ewwel u fit-tieni semifinali.

Awguri lill-kantanti kollha!

Facebook/ Eurovision Song Malta


Kyle Zarb