Koren Scicluna hi persuna li tħobb ħafna l-annimali u magħha waqt l-intervista ta' Ryan l-ġimgħa l-oħra kellha t-tlitt iklieb tagħha. Jekk lil xi ħadd tgħidli li din kienet tibżaż mill-klieb hemm ċans tajjeb li ma temminix. L-imħabba tagħha hi tassew kbira li llum il-ġurnata taħdem mal-klieb ukoll.

Koren tirrakonta kif meta kienet iżgħar kienet tajritha karozza tant kemm kienet tibża' mill-klieb. Hi tgħid li kienet xi ħaġa li ddejjaqha li tibża' mill-klieb u dejjem qisu provat tiġġieled din il-biża' u ftit ftit bdiet tidra. L-ewwel bdiet bil-klieb tal-familja u minn hemm bdiet imħabba ġdida.

Hi titkellem li persuna li tibża' minn kelb jew qattus qed jitilfu xi ħaġa mill-ħajja tagħhom. Koren tistqarr li ma timmaġinahiex tgħix mingħajr klieb id-dar. 

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss