Aktar kmieni, fuq is-sit Gwida.mt ħabbarna li għal sena oħra ħa tirritorna Dar Il-Waħx. Din id-darba b'differenza, għal dawk li mhux ċerti fuq xiex qed nitkellmu tistgħu tagħfsu HAWN.

Ritratt: Facebook / Dar Il-Waħx

Kien hemm għidut qed idur li l-attività li qed issir sinonima mal-Maltin, ħa titħassar dan wara li l-knisja kkanċellat il-post li fih kienet ħa ssir. Dan mhux minnu!

 

Ritratt: Facebook / Dar Il-Waħx

Anzi t-tim wara Dar il-Waħx ilbieraħ ikkonferma li l-ispettaklu mexa minn ġewwa l-Kripta magrufa aħjar bħala l-Kannarija tal-Belt għas-Sergeant's Mess, il-ħabs l-antik ġewwa Raħal Ġdid.

Ritratt: Facebook / Dar Il-Waħx

Il-post il-ġdid għandu jkun wieħed li joħloq atmosfera unika. L-ambjent hu wieħed li għandu jkompli jgħin u jagħti ħajja lil din il-produzzjoni, u l-produtturi ta' dan l-ispettaklu ċertament li ħasbu għal kollox.

Ritratt: Facebook / Dar Il-Waħx

Għal dawk li huma interessati, wieħed għandu jmur fuq is-sit elettroniku www.maltaseance.com u jaqta' l-biljetti tiegħu minn hemm. Għal dawk li jippreferu jixtru l-billjetti manwalment, wieħed jista' jċempel fuq dan in-numru 9939 1653. Titilfux dan l-ispettaklu uniku f'Halloween.

Ritratt: Facebook / Dar Il-Waħx


Emil Calleja Bayliss