Il-paġna Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin qasmet l-istorja ta' Chantelle Chetcuti li ġiet nieqsa sentejn ilu. Huma jibdew billi jistaqsu, "Tiftakruha din il-mara? Kien jisimha Chantelle Chetcuti. Il-ħajja ta’ din l-omm ta’ 2 itfal ittieħdet darba għal dejjem fl-2020, meta l-exsieħeb tagħha (u missier uliedha) taha 5 daqqiet ta’ sikkina quddiem bar f’Ħaż-Żabbar."

Huma jżidu, "X’taħsbu li ġara? Ħa ngħidilkom jien... 9 xhur wara l-att, dan ir-raġel ingħata BAIL, kulma kellu jagħmel huwa li jħallas depożitu ta’ €25,000, u jmur jiffirma l-ktieb ġewwa l-għassa darba kuljum! Daqshekk tiswa ħajja ta’ mara? €25,000?!!!!!!"

Huma jtemmu, "Qumu mir-raqda li qegħdin fiha! Il-mara mhijiex biċċa tal-art li kif iddejqek taqbad u teħles minnha!"

Facebook / Ommijiet Ngħinu Lil Xulxin


Gwida.mt