Ħafna qed jesprimu s-sogħba tagħhom hekk kif għadha kif ħarġet l-aħbar li ħalliet din id-dinja Joanne Debono Grech, eks sindku ta’ Birkirkara.
Hi kienet serviet bħala s-sindku ta’ din il-lokalità għal madwar 11-il sena bejn l-2013 u l-2024.
B’kitba fuq il-midja soċjali bintha esprimiet is-sogħba tagħha filwaqt li sostniet li tal-anqas intemmet it-tbatija kollha għal ommha.
“Minkejja l-uġigħ u l-problemi, xorta waħda bqajt hemm għalina u kont xempju tal-perseveranza sal-aħħar,” kitbet bintha Yana Borg Debono Grech.
Sellem il-memorja ta’ Joanne wkoll il-Prim Ministru Robert Abela li ddeskriviha bħala “mara ta’ determinazzjoni kbira” u faħħar b’mod partikolari s-sens ta’ reżiljenza li dejjem weriet tul ħajjitha.
“Qatt ma kienet persuna li toqgħod titħassar lilha nnifisha, anzi kienet tħares ‘il quddiem u tfittex kif se tgħin lil ħaddieħor waqt li kelhla d-diffikultajiet tagħha ta’ saħħa,” saħaq il-Prim Ministru.
Nesprimu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb!
Facebook / Joanne Debono Grech u Yana Borg Debono Grech