Il-Ministru tal-Edukazzjoni għadu kemm aġġorna r-regolamenti tal-iskejjel primarji u sekondarji ta’ Malta u Għawdex. Ir-regolamenti l-ġodda jikkonċernaw l-imsielet!

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li ġenituri ta’ tifel dehrilhom li kienet xi ħaġa inġusta li binhom ma jistax jilbes par imsielet għall-iskola. Rawha bħala xi ħaġa deskriminatorja, minħabba li l-bniet jistgħu jilbsu l-imsielet għall-iskola.

B’hekk il-ministru ddeċieda li għall-ġid tal-istudenti m’għandhomx jintlibsu aktar imsielet waqt il-ħinijiet tal-iskola. Apparti minn hekk, il-ministru qal li l-ugwaljanza tmur lil hinn mill-imsielet. L-ugwaljanza bejn individwu u ieħor għandha tinġieb permezz tar-rispett u l-abbiltà li ngħixu flimkien.

U intom, x’taħsbu dwar din ir-regola l-ġdida?


Yasmin Camilleri