Dan il-filmat mhu xejn ħlief kliem ħiereġ mingħand "omm b'qalb maqsuma".

Hi tisħaq li tinsab għajnejha miftuħin fuq min qed jagħmel dan l-għemil irresponsabbli u jpoġġu ħajjet tant ġuvintur f'periklu kbir. "Daqshekk ċappastuhuli lit-tifel". B'determinazzjoni Michelle tagħti diskors ħiereġ mill-qalb.

Kellu bżonn dan ikun kliem li jmiss il-kuxjenza ta' min qed jagħmel dawn l-għemejjel tant perikolużi.


Kyle Zarb