Daniel u Sander magħrufa flimkien bħala Danusan ħa jkunu qed jagħmlu r-ritorn tagħhom fuq it-televiżjoni u qed jistiednu lilkom sabiex tapplikaw ħalli tkunu parti minn THE MALTA BBQ LEAGUE.

Għall-ewwel darba f'pajjiżna ħa naraw kompetizzjoni b'differenza bl-isem ta' THE MALTA BBQ LEAGUE. Din il-kompetizzjoni hija għal dilettanti u mhux għal professjonisti. Jekk tħobb issajjar fuq il-BBQ, jogħġbok l-eċitament u l-atmosfera tal-BBQ, din il-kompetizzjoni tgħodd għalik!

Wieħed jista' jidħol HAWN biex japplika. Danusan qed ifittxu timijiet ta' żewġ minn nies u l-premju finali se jkun pakkett ta' rigali li jammonta għal iktar minn €10,000 fosthom mejda ta’ l-irħam, BBQ set professjonali u kċina għal barra!

Ritratt: Facebook / DANUSAN

Il-programm ħa jibda jixxandar kull nhar ta' Tlieta filgħaxija u d-deċiżjoni ta' min sajjar l-aħjar ikla ħa taqa' f'idejn kokijiet primi f'pajjiżna. Agħmlu like fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom HAWN ħalli żżommu ruħkhom infurmati. L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar il-Ħadd 13 ta’ Ġunju.


Emil Calleja Bayliss