Id-duo komiku Danusan ħa jkunu qed jirritornaw lura fuq it-televiżjoni grazzi għal ONE. Dan ġie mħabbar mill-paġna tal-istazzjon aktar kmieni llum fejn kitbu, "Danusan minn Ottubru fuq ONE bi programm filgħaxija li ser jiddiverti lil kulħadd." Milli jidher il-programm ħa jkun jismu Gran Bazaar.
S'issa ma tantx taw dettalji ħlief li se jkun programm divertenti, xi ħaġa li ma kellniex dubju għax ladarba li se jkunu qed jippreżentaw Danusan, ċertament li se joħorġu b'xi ħaġa interessanti mmens. Konna ilna xi ftit ma naraw lid-duo bi programm televiżiv, għalkemm rajniehom f'diversi riklami fuq ix-xandir.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom kull suċċess u ninsabu ħerqana sabiex naraw x'qed iħejju għalina.
Facebook / Danusan