L-annimali jafu ħafna u mhux l-ewwel juru ċertu mġieba... Danita kienet tinsab inkwetat fuq il-famuż Buddy! Danita qalet li Buddy kien ma jiflaħx ħafna, grazzi għal vet tagħha jidher li jinsab tajjeb.

Hi tgħid li kemm ilhom li bdew jagħmlu l-kamra tat-tarbija, Buddy beda jirreaġixxi differenti. Mhux l-ewwel darba li wieħed jisma' b'imġieba differenti tal-annimal domestiku tagħhom meta jkunu qed jistennew tarbija.

Ritratt: Facebook / One Chick And A Yorkie

Kien hemm min bagħat messaġġi lil Danita jgħidilha li forsi mill-ikel. Danita assigurat lil kulħadd li mhux minnu dan. Hi għamiltha ċara li hi tafda lil vet tagħha, il-messaġġ li xeħtet fuq l-istejjer ta' instagram tagħha biex jekk ikun hemm xi ħadd ħa jneħħi l-kelb għax ġejja tarbija ġdida fid-dinja. jerġa' jaħsibha.

Fl-aħħar mill-aħħar annimali jsir parti mill-familja, Buddy ilu ma' Danita għal dawn l-aħħar snin u tistqarr li lit-tarbija u lil Buddy tħobbhom l-istess, turi biċ-ċar kemm Buddy hu importanti fil-ħajja tagħha.

Ritratt: Facebook / One Chick And A Yorkie

Hawn ħafna oħrajn bħal Danita li jħobbu l-annimali b'dan il-mod, b'hekk u tajjeb li nisimgħu stejjer bħal dawn u nxandruhom. Forsi aktar u aktar nies jibdew jistmaw l-annimali bl-istess mod. Minn hawn nixtiequ nawguraw lil Buddy fejqan ta' malajr! 

Facebook / One Chick And A Yorkie


Emil Calleja Bayliss