Fuq Bay Breakfast, Noel kellu sfida għall-preżentaturi Daniel u Ylenia, fejn dawn kellhom iduqu ‘tortilla chips’ f’tliet dips differenti.
Kemm Daniel u anke Ylenia ma jiggustawx l-ikel tal-baħar u l-ewwel żewġ dips Noel għażel li jkunu kavjar u sea leeches. Ir-reazzjoni tagħhom ma wrietx li ogħġobuhom dawn it-tnejn. Daniel għalkemm ma rnexxilux jiekol ic-chips bis-sea leeches qal li ma kinux gravi.
L-isfida għalqet billi dawn daqu c-chips biċ-ċikkulata skura, fejn jidher li din kienet l-inqas togħma gravi.