L-attur Daniel Radcliffe, il-wiċċ ta' Harry Potter żgur m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Imma fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu Daniel qasam l-istorja tiegħu ta' kif il-ġenituri tiegħu kważi anqas biss ħallewh jagħmel l-audition għal dan il-film.

“Kemm ommi kif ukoll missieri ma kellhomx esperjenzi tajbin bħala atturi. U meta inizjalment ġejt mitlub biex nagħmel audition għal Harry, it-tnejn qalu le. Ma kelli l-ebda għarfien ta' dan f'dan il-punt, ovvjament żammewni barra f'dal-punt, ġustament."

"Iżda qalu le għax dak iż-żmien il-ftehim kien li aħna kellna niffirmaw għal seba' films u li lkoll kellhom isiru fl-Amerika, u huma qalu "le, dik hi bidla kbira wisq għal ħajtu, mhux se naċċettaw."

U għalhekk tliet xhur wara meta l-ftehim inbidel u allura kien il-fatt, li biss konna qed niffirmaw għal tnejn u t-tnejn jiġu ffilmjati fir-Renju Unit, u naħseb dan flimkien mal-fatt li verament kont sejjer ħażin fl-iskola għen."

"Naħseb li hi ħasbet - tajjeb, ħasbu li OK, tajjeb, tinħalluh jagħmel l-audition u kollox mexa minn hemm." Il-kumplament kulħadd jafu, minn hemm bdiet il-karriera ta' Daniel Radcliffe u ċertament li ma ħarisx lura.

Facebook / Daniel Radcliffe


Emil Calleja Bayliss