Ilkoll nafuh bħala s-supretendent tal-Għarusa! Imma wara dan il-karattru hemm attur ta’ demm u l-laħam! Daniel huwa missier, kien jaħdem bħala nail technician imma issa qed jaħdem mal-Malta Film Studios.

Waqt intervista fuq Primetime, Owen Bonnici l-preżentatur tal-programm staqsa lil Daniel fuq esperjenza li għaddha minnha. Ftit tas-snin ilu, Daniel żar funeral ta’ ħabib tiegħu. Mar b’rispett ta’ dan il-ħabib għax ma kien jaf lil ħadd. Waqt il-funeral ra funeral ieħor jitlesta.

 Ħaġa li skantat lil Daniel kienet li għal dan il-funeral ma mar ħadd.

 “Jiġifieri ħajja sħiġa ma ġie ħadd! Lanqas xi ħadd li ħa pjaċir li miet dan ir-raġel? Mort fuq il-patri li kien hemm mal-mejjet. Dan baqa’ jħares lejja. Staqsini jekk niġiex minnu u għedtlu le. Staqsini jekk nafux u għedtlu lanqas. Dan baqa’ jħares lejja”. - Daniel Attard Portughes

Minn dakinhar Daniel iddeċieda li jikreja d-dettalji tal-funeral tiegħu stess. “Jien ma ridx immut u ma jiġi ħadd” jistqarr Daniel. Daniel iżżid jgħid li kiteb poeżija tad-daħk...  “għax jien dejjem idaħħaq u nara nies ferħana”.

Saħansitra kiteb il-kliem tal-lapida tiegħu:

“Here lies myself who ones had made some people laugh. Now I lay below because I’ve had enough”

 Owen b’ċajta jgħidlu “J’Alla li ndumu ħafna biex naqrawhom dawn il-kliem imma tajbin ħafna!”. Fuq Primetime, Owen jirringrazzja lil Daniel talli qed jieħu dan l-ispunt b’mod frivolu għal kuntrarju ta’ ħafna nies li jaraw dan is-suġġett bħala tad-dwejjaq. 

Tista' ssegwi l-intervista hawn:

Eurovisionfest / Youtube


Anthony Baldacchino