Fuq il-programm televiżiv Malti Be Our Guest, il-kok Daniel Grech kien mistieden biex isajjar għand il-make up artist Jennifer Dimech.
Hu spjega kif kien ilhom ħbieb minn meta kien għad għandhom biss 10 snin. Hu qal ukoll li Jennifer kienet tibbuljah: “jien meta kont żgħir kont żgħir ħafna u kont boċċu.”
Ritratt: Facebook/Daniel Grech
Saħansitra jgħid kif darba minnhom meta kienu zgħar kienet qabditu u tefgħetlu wiċċu ġol-ħamrija!
B’ċajta, Jennifer qaltlu “anzi, stidintni fuq il-programm”.
Ritratt: Facebook/Daniel Grech
Jidher li Daniel ma tantx ħa fastidju b’dak li kienet għamlitlu Jennifer meta kienu tfal, għax waqt li kienu qed isajru qalilha “Jekk taqa’ u jtik hass hażin intik mouth to mouth, toqodx tinkwieta…”
Hawn x’inhu ġej, Daniel?!
Facebook/Daniel Grech/Jennifer Dimech