Daniel Grech flimkien ma' Dulcima Aquilina ħa jkun qed jippreżenta l-programm Be Our Guest fuq NET TV li ħa jibda jixxandar kull nhar ta' Sibt fit-15:05. Mill-ftit riċerka li għamilna skoprejna li Daniel u Dulcima ħa jkunu qed jitlaqgħu ma' numru ta' personalitajiet li kienu ta' kontribut lejn ix-xena lokali f'diversi aspetti, inkluż kultura, arti, sport u politika fost oħrajn!

Is-segwaċi ta' dan il-programm ħa jkunu jistgħu jiskopru kif dawn il-personalitajiet waslu fejn waslu llum il-ġurnata. Magħhom ħa jiġu diskussa t-tfulija u l-adoloxxenza tagħhom... insomma pass pass, stadju wara stadju ta' ħajjithom. Dan ħa ġo darhom, għal esperjenza intima fejn il-kok Daniel Grech ħa qed issajjar flimkien mal-personalitajiet ikla tajba kif jaf hu. It-tieni parti tal-programm u tal-intervista tkompli ma' Dulcima.  

Aħna nawguraw lil Daniel u lil Dulcima f'din l-esperjenza li ħa jibdew flimkien! Ċertament li s-segwaċi ħa jieħdu gost isegwu dak li ħa jkun qed issajru flimkien u jsiru jafu aktar u aktar affarijiet fuq dawn il-personalitajiet minn ġimgħa għal ġimgħa.  

Facebook / Danny Grech


Emil Calleja Bayliss