Lil dan il-kantant, Kyle Cutajar niftakruh bħala parteċipant fuq iż-żewġ edizzjonijiet ta’ X Factor Malta. Ftit tal-ħin ilu huwa żvela l-istage name li ser ikun qed juża.

Mil-lum ‘il quddiem, lil Kyle nistgħu nibdew insejħulu Kyle George għaliex huwa ħabbar li dan ser ikun l-istage name tiegħu.

Kyle qal li ‘George’ huwa t-tieni isem mogħti lilu mill-bużnanniet tiegħu u hu jqishom bħala persuni speċjali għalih.

Nawgurawlu kull suċċess fil-karriera tiegħu!

 

Ritratti: Facebook / Kyle George


Henzley  Bezzina