Jason Micallef, li huwa ċ-Chairman tal-Aġenzja Kulturali għall-Belt Valletta, qal li b’mod ġenerali l-Gvern mexa tajjeb ħafna matul ix-xhur tal-pandemija u d-deċiżjonijiet li ttieħdu jisħoqilhom kull tifħir.

Madankollu, għalkemm tneħħew diversi miżuri li jwasluna għal pass eqreb lejn il-ħajja normali, qal li l-artisti, DJs, is-settur tal-attivitajiet kulturali u oħrajn ġew injorati kompletament. Hu kompla jgħid li f’dawn l-aħħar xhur ħadd ma stiednu sabiex jisimgħu dak li kellu x’jipproponi għall-ftuħ b’responsabbiltà.

Għalekk, Jason Micallef qal li se jkun qed jattendi dimostrazzjoni li se ssir favur il-ftuħ b’responsabbiltà u s-settur kulturali.

Facebook / Jason Micallef


Henzley  Bezzina