Fl-aħħar siegħat daru fuq Facebook żewġ ritratti tal-attur Rudy Catania, fuq is-sett ta’ L-Għarusa, attur li ser ikun qed jingħaqad fit-tieni staġun ta’ din is-sensiela televiżiva lokali.

F'ritratt li tella' wieħed mid-diretturi ta' L-Għarusa, Steven Dalli, jidher ma' Michela u Rudy, waqt li kiteb:

Carlotta u Enrico qegħdin fir-residenza Gauci Fontana!

Jidher li dawn iż-żewġ karattri ser ikunu qed jidhru ħafna flimkien għaliex anke Michela xerrdet ritratt ma’ Rudy!

Rudy Catania mhux wiċċ ġdid fi-drama lokali. Fost is-serje li ħadem fihom insibu La Farfalla, Il-Patt, Vigilante u Santa Monika.

Min jaf x’relazzjoni se jkun hemm bejn Carlotta u Enrico? Insiru nafu ftit ġimgħat oħra meta jirritorna L-Għarusa fuq TVM għat-tieni staġun.

Facebook / @rudy.catania

Facebook / @michela.galea.16

Facebook / @sdalliii


Luke Borg