Illum iċ-ċkejkna Jasmine kellha iżjed sessjonijiet ma’ Claire, u anka ommha saħansitra ingħaqdet f’din is-sessjoni, u tgħallmet iktar dwar kif tħossha iċ-ċkejna waqt dawn is-sessjonijiet. Il-paġna ‘Jasmine’s Journey’ ħabbret li bħalissa sejra tajjeb ħafna fis-sessjonijiet tat-terapija, u qegħdin jaħdmu ħafna biex biex tuża idejha u żżomm aktar piż. “Dan ix-xogħol kollu jgħajjini, u anka lil moħħi li jrid iżomm din l-informazzjoni kollha!” kitbet il-paġna.