Dan ir-ritratt li ġie ppubblikat ftit ilu jeħodna lura kważi 34 sena. Il-personalita tar-ritratt huwa wieħed minn dawk li jagħmel minn kollox biex ixerred il-paċi, spirtu pożittiv u jirrispetta lil kulħadd. Bħal daż-żmien sena ilu anke fetaħ grupp fuq Facebook biex jgħaqqad lin-nies flimkien qalb il-baħar ta' nkwiet li sibna ruħna fih.

Fil-fatt għada jagħlaq 34 sena Nicholas Borg Bonaci!

Nicholas jirringrazzja lil kull min kien hemm għalih f'ħajtu f'dawn it-33 sena. "Grazzi speċjali tmur għal ommi u missieri talli ġabuni fid-dinja". Minn qalbna nawguraw lil Nicholas bil-lest għal għeluq sninu!

Irnexxielek tagħrfu mall-ewwel minn dan ir-ritratt?!


Kyle Zarb