Ilbieraħ, 29 ta' Mejju, irċieva s-sagrament tal-praċett, Harry, it-tifel tal-artista lokali Ira Losco. 

Bla dubju kienet ġurnata speċjali għall-familja kollha, b'mod speċjali għal Harry nnifsu!  Ira qasmet ritratt li fih, il-ħwejjeġ ta' Harry u Gigi jidhru daqsxejn imħarbta.  Għalhekk, kitbet "Dan WARA l-quddiesa tal-praċett.  Għalhekk Harry u Gigi għandhom il-flokkijiet barra u qegħdin quddiem pajp tal-ilma mal-ġenb tal-knisja."

Madankollu, tistqarr li l-iktar ħaġa importanti hi li kienu lkoll kuntenti b'din iċ-ċelebrazzjoni, u Harry tassew kien ħerqan!

Awguri!


Marija Bellia