Tista' tgħid li Liqourish ta' din is-sena sar appuntament li l-pubbliku jkun qed jistenna kull tmiem il-ġimgħa. Bil-mod il-mod it-tim indera u forsi hawn min diġà għandu l-favoriti.

Liqourish hu vjaġġ mimli sfidi differenti, li ħafna minnhom jiġu mposti fuq il-parteċipanti bla ma jridu. Jidher li llejla ħa jkun hemm xi ħaġa xejn faċli. 

Fabio kiteb, "Dan ir-ritratt iqabbadni ftit ta' dwejjaq, wieħed mill-aktar mumenti mistkerrha li kelli waqt l-avventura ta' Liquorish. Illejla tkunu tafu x'ġara eżatt..." Il-parteċipanti jidher li jħossu l-istess fejn xi wħud anke kkummentawlu u qablu miegħu.

X'taħsbu li qed jiġri f'dan ir-ritratt? X'hemm lest għall-parteċipanti?


Gwida.mt