Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba kontaminazzjoni bl-aflatossini.

L-aflatossini huma prodotti primarjament minn żewġ speċi tal-fungu Aspergillus li jinsabu speċjalment f'żoni bi klimi sħan u umdi. Dawn jinstabu fl-ikel bħala riżultat ta' kontaminazzjoni mill-fungi, kemm qabel kif ukoll wara l-ħsad. It-temperatura, l-umdità, il-ħamrija, u l-kundizzjonijiet tal-ħażna kollha jaffettwaw ir-rata u l-grad ta' kontaminazzjoni. L-aflatossini jistgħu jikkawżaw varjetà ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem.

  • Deskrizzjoni tal-prodott: Żerriegħa tal-popcorn
  • Ditta: Your Organic Nature
  • Data tad-durabbilità: 19/12/2024
  • Lott: 2353160
  • Użin: 400g

pormats.png

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 sas-14:30 jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook (HAWN) jew is-sit uffiċjali (HAWN) għal informazzjoni simili.

DOI & Unsplash


Bradley Cachia