F’dawn iż-żminijiet tal-festi fejn id-dwal u t-tiżjin iġib ħafna allegrija, xi wħud jafu jħossuhom inqas minn ħaddieħor minġabba s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. B’hekk, Ivan Gaffiero qiegħed iħeġġeġ lin-nies biex ikellmuh fuq il-paġna tiegħu, ħalli jiġbru r-rigali lil dawk fil-bżonn, u f’dan iż-żmien tal-Milied narawhom kuntenti ukoll. Wara kollox, il-Milied mhuwiex hawn biex jara min jaf jagħmel l-isbaħ siġra jew l-ifjen ikla, imma li naqsmu l-ferħ ma’ xulxin.

Lil Ivan tista’ tibgħatlu messaġġ fuq il-paġna tiegħu sabiex jgħin lil dawn il-familji.


Nicole Zammit