F’pajjiżna inġibdu bosta films famużi li jinvolvu atturi ta’ stoffa matul is-snin.

Ftit ilu nġibed f’Malta film ta’ kummidja romantika ‘Mix Up In The Meditterranean’. F’dan il-film ħa sehem Luke Vella, fejn dan kellu l-parti tat-‘twin body double’ tal-attur Jeremy Jordan.

Luke Vella qal li qatt ma ħaseb li ser ikun qed jaħdem ma’ Jeremy Jordan, aħseb u ara kemm ser ikun il-body double tiegħu fuq film.

Dan il-film ser ikun qed jintwera minn għada fuq Hallmark Channel u Amazon Prime.

Prosit lil Luke ta’ din il-parti f’Mix Up In The Mediterranean’!


Henzley  Bezzina