L-istilla modjali Akon magħruf għall-kanzunetta Smack That li kien ħareġ mar-rapper Amerikan Eminem, qiegħed hawn Malta. Iżda mhux biss il-kantanta Maltija Kylie Coleiro kantant quddiemu! Bla ħsieb!
“Kont ġo restaurant f’San Ġiljan u l-kitarrist qalli teċitax ruħek imma naħseb li hawn xi ħadd famuż qed jarana” tgħidilna Kylie.
Kylie ma għarfitux minn fuq il-palk li kienet qiegħda tkanta u … “sadanitant kelli ħafna ġuħ u l-istabilliment jgħatuk tiekol wara u kien iktar moħħni fil-burger milli biex nieħu ritratt ma dan li mingħalija li hu famuż u mhux”.
Iżda xħin Kylie reqet mal-bar, il-kantant internazzjonali Akon resaq fuqha u kellimha hu! … “Dar, qam bilwieqfa, ġie fuqi u qalli “Very well done”. Ħadli b’idejja, bisni. Staqsieni minn fejn jien u kemm ilni nkanta”.
Ngħiduha kif inhi hija ħolma ta’ ħafna li xi darba jkantaw quddiem xi ħadd magħruf daqshekk. B’Kylie għadha s’issa ma tistax temmen. “Dal-lejl qomt 24 darba nipprova nara jekk hux vera li ħadt ritratt miegħu. Ma nistax nemmen. Dħalt google mal-lejl biex nara lil wiċċu u nara li vera hu. Ma bdejtx nemmen” tistqarr ma’ Gwida.mt Kylie.

Ritratt: Kylie Coleiro / Facebook
Aħna nawguraw lil Kylie Coleiro, ċetament Akon kellu quddiemu waħda mill-aqwa kantanti Maltin.