Charles Dalli, il-kantant magħruf mill-grupp X-Tend, li dan l-aħħar ċċelebraw l-40 anniversarju tagħhom fix-xena lokali bi tnedija mill-isbaħ, illum jiċċelebra għeluq sninu. Dalli twieled fil-Belt Valletta fl-1959 u llum jagħlaq 65 sena.
Il-karriera tiegħu bdiet fl-1979 meta ħa sehem għall-ewwel darba fil-festival L-Għanja tal-Poplu b’kanzunetta personali, Jiena M’Għandi Xejn. Fil-bidu tas-snin tmenin, huwa ħareġ l-ewwel album solo tiegħu li kien jismu Lilek Inħobbok.
Matul is-snin, Charles baqa' jikkontribwixxi fil-mużika Maltija permezz ta' kanzunetti emozzjonanti u anke dawk ftit aktar leġġeri. Hu baqa' jagħti s-sehem tiegħu fix-xena mużikali tul is-nin.
Din is-sena tibqa' mument importanti fil-karriera mużikali tiegħu, b'ċelebrazzjoni doppja tal-ħidma u l-ħajja tiegħu.
Awguri Charles!