Mill-Ħadd 4 ta' Lulju wara l-aħbarijiet ta' 19:30 fuq NET TV ħa jibda programm ġdid bl-isem ta' D BBQ SHOW, programm televiziv għal dan is-sajf, fejn bosta personalitajiet ser ikunu qed jikkompetu kontra xulxin. It-tim wara dan il-programm jinkuna u jsaqsu imma x'ser jiġri minn min jitlef din il-kompetizzjoni?

Il-programm ħa jkun preżentat mill-kantant Malcolm Pisani li ħa jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu għat-televiżżjoni. Id-direzzjoni u l-produzzjoni minn l-istess Malcolm Pisani u t-tfajla tiegħu Kim Cutajar li flimkien jiffurmaw 2806MediaProductions. Aħna tul ix-xhur tas-sajf ħa nkunu qed inżommukom aġġornati dwar dak li ħa jkun qed jiġri tul il-programm u l-personalitajiet li ħa naraw fuq dan il-programm.

Ninsabu ferm ħerqana sabiex naraw dan il-programm, li ninsabu ċerti li ħa jinżel għasel mat-telespettaturi!


Emil Calleja Bayliss