Ma ndurux madwar il-lewża: dik il-pulpetta kollha meraq fil-burger dejjem tkun tridha, speċjalment jekk tkun xi wikkiel tal-laħam jew karnivoru espert. Kollha kemm aħna abbli ninħallu għaliha. Imma kieku x’jidhrilkom intom minn pulpetta li tidher eżatti bħal biċċa laħam normali, iġġib ruħha bl-istess mod, ikollha l-istess togħma, kollox – imma ma jkun fiha xejn laħam ġo fiha? Ma tantx għandna bżonn nimmaġinaw, għax dan huwa fenomenu li qed ngħixu bħalissa li nistgħu nsibuh faċilment – iva, anki ġewwa Malta.

Burger

The Cruelty Free Shop

 Il-Beyond Burger huwa prodott hekk, li tnieda mill-kumpanija Beyond Meat bħala l-ewwel alternattiv tal-ħaxix fid-dinja għall-pulpetta tipika tal-burgers. Sewwa smajtu: ebda laħam, u kollox – b’xi mod jew ieħor – ġej biss mill-pjanti. Barra minn hekk, il-burger ma fih ebda derivattivi mill-annimali, u għalhekk qiegħed jitqies bħala prodott għalkollox vegan.

Burger

Business Insider / Leanna Garfield

Dan il-prodott sab fama wkoll lokalment fost il-kultura vegana hekk kif sar disponibbli fil-gżejjer Maltin, u jista’ jinxtara minn diversi supermarkets u ħwienet tal-ikel. Dan huwa wieħed minn bosta inizjattivi sabiex prodotti tipiċi li s-soltu jinvolvu prodotti tal-annimali jiġu sostituti b’oħrajn li ma jkunx fihom.

Xi tgħidu – tippruvawh intom?

Beyond Meat


Kurt Gabriel Meli