L-eks Sindku tar-Rabat wera s-sogħba tiegħu għall-aħbar li ġie nieqes Richard Gauci li kien magħruf bħala Sukles. Fuq il-profil tiegħu, l-eks Sindku kiteb, "Maħsud. Imbikkem. Ħalliena Richard Gauci (Sukles)."

Hu kompla jgħid, "Dan il-bniedem bata ħafna, imma baqa' jħobb lil kulħadd, dejjem. Niddejjaq nuża l-kelma kien. Ma ninsieh qatt, qatt u qatt għax jibqa' f'qalbi."

Aħna f'isem Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil familtu u sħabu. Strieħ fis-sliem.

Facebook / Charles Azzopardi


Emil Calleja Bayliss