Ritratt tal-biża' ġie ppubblikat fuq il-midja soċjali fejn b'rabja u dispjaċir kbir, raġel Malti wera żewġt irjus ta' xarkijiet li ġew maqtula.

Malta News Photos and People xerrdu dan ir-ritratt flimkien mal-messaġġ li ħalla r-raġel. "Dan huwa l-futur li ħa nħallu lil uliedna? Fejn qiegħda l-protezzjoni għal dawn l-ispeċi?". Hu jħoss li b'dan il-mod għad hawn min jitratta lill-annimali qishom oġġett li hawn min jaħseb li tista' tużah u tarmieh. Ħafna kkundannaw din l-azzjoni fil-kummenti u wrew swied ta' qalb għal dan il-qtil ta' kreaturi innoċenti.

Nittamaw li ma nibqgħux nisimgħu b'dan il-qtil tal-annimali.


Kyle Zarb