Aktar kmieni din il-ġimgħa ħarġet sejħa għall-kantanti lokali, biex jipparteċipaw fl-awdizzjoni tal-konkors OGAE Fanvision 2025! Il-kumitat Malti tal-Eurovision Song Contest ilu jieħu sehem f'dan il-festival għal dawn l-aħħar snin.
Malta rebħet tliet darbiet tul il-parteċipazzjonijiet kollha, permezz tal-kantanti Sebastian Calleja, Grecia Bezzina, u s-sena l-oħra b'Martina Fenech. Bla dubju dan hu unur għat-talent lokali, kif ukoll din hi opportunità għal dawk il-kantanti li qed ikomplu jifjorixxu fil-karriera mużikali tagħhom.
Tkanta? Titlifx dan iċ-ċans sabiħ li tesponi t-talent u l-arti tiegħek! Biex tapplika għandek tibgħat filmat tiegħek ta' minuta tkanta kanzunetta tal-Eurovision Song Contest fuq l-email; [email protected]
Il-parteċipanti mitluba jibagħtu €10 permezz ta' Revolut fuq in-numru 79655684

Facebook/ Martina Fenech