Mietet fl-età ta’ 95 sena Dame Joan Plowright, waħda mill-istilel tal-palk u tal-iskrin l-aktar ċċelebrati tal-Gran Brittanja u l-armla ta’ Sir Laurence Olivier.
Il-karriera tagħha ta’ tul ta’ 60 sena, inkludiet nominazzjoni għall-Oscar għall-film Enchanted April tal-1991.
Hija żżewġet lil Olivier fl-1961 wara li ħadet sehem miegħu bħala bintu f’The Entertainer, u saret membru ewlieni tat-Teatru Nazzjonali, li hu waqqaf.
Fi stqarrija, il-familja tagħha qalet li huma “tant kburin b’dak kollu li għamlet Joan u min kienet bħala persuna maħbuba u inklussiva ħafna”.