Jekk intom akkaniti tal-moda, jaqblilkom tkomplu taqraw! Fis-6 ta' Settembru, diversi talenti lokali – kemm desinjaturi u artisti kif ukoll mudelli – se jkunu qegħdin iħejju wirja tal-moda speċjali, fejn il-parteċipanti li se jieħdu sehem jagħmlu parti mill-komunità LGBTQ+ jew huma alleati tagħha.

Din l-isfilata hija waħda minn sensiela ta’ avvenimenti f’ġieħ il-Malta Pride ta’ din is-sena u qiegħda ssir bil-ħsieb li toffri pjattaforma xierqa lit-talenti ta’ din il-komunità. Għal din ir-raġuni, nistgħu nistennew diversi wirjiet u desinji mingħand l-ismijiet lokali Carla Grima, Maria Cutajar u Gabrielle Fenech kif ukoll Gaetano, Herman Vassallo u Parascandalo.

p

Facebook / Malta Pride

Is-sena li għaddiet, il-mudella Karly May kienet l-ewwel mudella trans li ħadet sehem fi sfilata ta’ Fashion Week: għalkemm tisħaq li din serviet ta’ opportunità fejn hi ngħatat leħen sabiex taqsam l-esperjenza tagħha, hija tixtieq li l-komunità sħiħa LGBTQ+ ikollha l-ispazju sabiex tifjorixxi fil-qasam tal-espressjoni kreattiva. Il-messaġġ ta’ din il-wirja, għalhekk, huwa wieħed ta’ inklużjoni u ugwaljanza.

Facebook / Karly May


Kurt Gabriel Meli