Għalkemm Martina Galea Loffreda għad għandha biss 14-il sena, it-talent tagħha diġà rnexxielu jispikka u jiġi apprezzat minn bosta. Ipparteċipat f’diversità ta’ spettakli u prestazzjonijiet, iżda f’liema proġett għandna nistennewha tkompli ssaħħar lill-Maltin?

Facebook / Martina Galea Loffreda

Nhar is-Sibt li ġej, Martina se tkun qiegħda tiddebutta fi Storjakanta, avveniment li jgħaqqad it-talenti ta’ Trevor Żahra, Corazón u Joseph Galea f’serata ta’ letteratura u mużika. Għaldaqstant jidher li hemm ħafna ġennati li qed jiġru fi ħdan it-tim ta’ dan l-ispettaklu: hemm ċerta pika għaddejja fost il-protagonisti, u saħansitra Corazón issa qiegħda tisħaq li missier Martina daħħalha fl-ispettaklu mingħajr il-permess tagħha! X’qed jiġri mela?!

Martina kienet diġà ssieħbet mal-kantanta lokali aktar kmieni din is-sena bħala l-vuċi wara l-kanzunetta Għoxrin, sottomessjoni għall-Għanja Tal-Poplu Żgħażagħ 2019 bil-kitba u bil-mużika ta’ Corazón stess. Barra minn hekk, dan is-sajf Martina interpretat ‘Sister Margaretta’ f’Sound of Music ġewwa Londra bħala parti mill-International Platform ta’ Stagecoach.

Facebook / Martina Galea Loffreda


Kurt Gabriel Meli