Janice Grech il-produttriċi tal-programm Akila, ilbieraħ filgħaxija ħabbret li daqt issir is-sinjura Busuttil. Hi ħalliet messaġġ mill-isbaħ lil John Busuttil magħruf ma' ħafna bħala l-Bużu.

Hi tibda' l-messaġġ tagħha billi tgħid, "Kellna ħafna avventuri u safar f'dawn l-aħħar tliet snin, sakemm wasalna sa hawn. It-triq kienet iebsa, iżda bl-imħabba li nifhmu xulxin wasalna fejn qegħdin illum."

Fuq John, Janice tgħid li, "huwa persuna li jien żgur kburija bih u onorata bi mħabbtu lejja. Tani kollox u ħafna però apparti l-imħabba u ferħ l-isbaħ ħaġa li tani kienet li għallimni nemmen fija nnifsi, li jkolli vuċi u oppinjoni, li nkabbar u nsaħħah karratru tiegħi biex wasallni għal ferħ li qatt ma kelli."

Hi tagħlaq billi tgħid, "Grazzi John, l-anġlu tiegħu, ir-raġel tiegħu, missier it-trabi li tlifna u daqt ħa tkun żewġi għal dejjem. Nadurak."

Facebook / Janice Grech


Emil Calleja Bayliss