Fl-isfond ta' stennija liema bħalha sabiex jibda jixxandar Big Brother Malta, l-preżentaturi Ryan u Josmar fakkru li mid-19 ta' Jannar, kulħadd sa jkollu l-opportunità li jsegwi 24 siegħa kuljum f'xandira diretta.
"Il-parteċipanti jinsabu lesti għal xow fejn kollox sa jixxandar 24 siegħa kuljum mingħajr l-ebda skript imħejji," spjegaw huma.
Dan ix-xow li għandu oriġini Amerikani xxandar ukoll f'diversi pajjiżi oħra tul is-snin u dejjem kiseb suċċess liema bħalu.
Intom sa ssegwu?