Teresa Ruglio ta' 23 sena minn tas-Sliema, ir-rebbieħa ta' Miss Universe Malta 2019, dalgħodu siefret lejn Atlanta, Georgia fl-Amerika sabiex tieħu sehem fi 68 edizzjoni ta' Miss Universe u tirrapreżenta lil Malta ma' 95 pajjiż ieħor. Ilbieraħ ġibna ritratt ta' dak li ħa tkun liebsa fis-serata tal-kostum tradizzjonali!
Ġewwa Atlanta hi ser tieħu sehem f'diversi photoshoots, sfilati, attivitajiet, intervisti u aktar. Ħafna jaħsbu li kemm tmur hemm tagħmel erba' passi fuq il-passarella, imma jirrekjedi ħafna aktar minn dan!
Is-serata finali ta' Miss Universe ser issir nhar it-8 ta' Dicembru minn ġewwa Tyler Perry Studios fejn għal darb'oħra il-preżentaturi ser ikunu Steve Harvey flimkien mal-mudella Ashley Graham. Nisperaw li r-riżultat ma jkunx fih żbalji bħal ma għamel fis-sena 2015!
Miss Universe hija mtella' minn IMG New York. Id-diretturi ta' Miss Universe Malta, Alan J. Darmanin u Jeff Francalanza jawguraw l-isbah xewqat lil Teresa sabiex tibqa' tgħożż din l-esperjenza unika.
Aħna ningħaqdu magħhom sabiex nawguraw lil Teresa l-isbaħ xewqat! Din ħa tkun esperjenza mill-isbaħ għal din it-tfajla!