Ċittadin lokali għamel appell lis-sewwieqa sabiex f'ġurnata bħal din huma jkunu ftit aktar attenti mis-soltu u josservaw min hemm fit-triq u fil-ġenb tat-triq ukoll. Dan għaliex bla wieħed kultant jirrealizza, jispiċċa joħloq inkonvinjent lil ħaddieħor.

Permezz tal-paġna Malta, News, Photos & People hu kiteb, "Sinjuri sewwieqa fi ġranet bħal llum provaw għamlu sforz u ġibu rispett lil dawk li ma jkollhomx karozza u jkollhom jimxu biex imorru għax-xoghol..."

Hu jkompli jgħid, "dalgħodu rajt van jaħsel minn fuq s'isfel mara li wisq probabbli kienet sejra xogħol... kulħadd jaf li t-toroq iżommu l-għadajjar, imbilli ssuqu ftit iktar bil-galbu mhu se jiswiekom xejn... uru ftit rispett mhux kulħadd komdu bħalkom."


Emil Calleja Bayliss