Il-kunsilliera Angele Camilleri kif tafu dejjem tagħmel l-għalmu tagħha biex taqdi jekk jista' jkun lil kull min jitlobha l-għajnuna. Aktar kmieni llum Angele irċeviet aħbar ħażina hekk kif persuna li kienet għamlitha kuntenta b'ġest nobbli minn tagħha, ħallietna minħabba l-marda qerrieda tal-kanċer.

"Oh dalgħodu x'xokk ħadt nisma' li mietet persuna li kellu kanċer u kien talabni l-aħħar xewqa tiegħu neħodlu laptop l-isptar għax kien marlu, imn'alla qtajtlu xewqtu għax kien ikolli għali għall-mewt. Mulej sabbar lill-familja tiegħu"

Għandha raġun - bla ma trid tħossha f'qalbek taf li fl-aħħar jiem tiegħu, bniedem irnexxielek tpoġġilu tbissima fuq fommu. Ibqa' ċerta Angele li ma stajtx turieh aħjar x'persuna b'qalb tad-deheb int u żgur li kont ta' ferħ għalih. Jistrieħ fis-sliem u kondoljanzi lill-familjari u qraba tiegħu.


Kyle Zarb