Oliver Scicluna kiteb fuq il-paġna tiegħu dwar l-esperjenza tal-iskola ta’ tifel b’diżabilità. Minkejja l-karattru ġenwin ta’ dan it-tifel, hu spiċċa bla ħbieb għax għandu siġġu tar-roti.

Oliver kiteb, “Dalgħodu kellmitni ġenitur dwar l-esperjenza ta’ binha li għandu diżabilità fiżika u jagħmel użu minn siġġu tar-roti li kien jattendi skola terzjarja. Qasmet il-weġgħa tagħha, dwar il-fatt li kemm dam imur hemm ħadd qatt ma resaq lejh biex jagħmel ħabib miegħu. Issa jien lil dan il-ġuvni nafu, u meta niltaqa’ miegħu neħel nitkellem miegħu, jiġifieri ma nistax nifhem għalfejn. Għalkemm jien qatt m’għaddejt minn dawn l-esperjenzi fuq livell personali però meta nismagħhom fis-sena 2025 iweġġgħuni ħafna.”

Hija ta' qsim il-qalb li nisimgħu li f'dan iż-żmien, meta suppost hawn tant għarfien, xorta għad hawn tfal mingħajr ħbieb minħabba diżabilità fiżika. 

Facebook / Oliver Scicluna


Gabriella Borg