Ilbieraħ assistejna għall-episodju ieħor ta' Love Island Malta fejn tista' tgħid li kien episodju li żvolġa fuq ir-relazzjoni ta' Nicola u Dale. Kienu diversi drabi li Dale fittex lil Nicola biex ikellimha u Nicola fittxet lil Dale biex tkellmu.

Ritratt: Facebook / Love Island Malta
Lejla minnhom, Dale beda jisma' lil Nicola u lil Andriy jidħku fis-sodda u telaq mill-kamra tas-sodda għax ma bediex iħossu tajjeb jisma' lil Nicola tidħak fis-sodda ma' ġuvni ieħor. Nicola xħin indunat li Dale telaq mill-kamra probabbli ħabba fiha marret tkellmu.
Wara diskursata flimkien, Dale resaq biex ibus lil Nicola u hi ma żammitx lura. Kien mument li gerfex ħafna lis-segwaċi għax Nicola donnha ħadet deċiżjoni iżda kienet qed terġa' lura minn din id-deċiżjoni li ħadet billi bisitu lura.
Wieħed jista' jara l-episodju tal-bieraħ billi jidħol HAWN.
X'taħseb inti minn din il-bewsa?