Dak mhux is-salib ta' Malta? Sewwa rajtu... Paula Abdul libset libsa mill-kollezzjoni ta' Charles&Ron fuq it-tapit l-aħmar ta' Americal Got Talent. Libsa bil-famuż salib tal-kavallieri, is-salib ta' tmien ponot. Fir-ritratti Paula tidher ukoll flimkien mal-famuż Simon Cowell.
Ritratt: Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg
Din it-tieni darba li Paula Abdul deheret bix-xogħol ta' Charles&Ron. Paula hi personalità magħrufa sew, żeffiena, kantanta, attriċi u mhux l-ewwel darba li anke ħadet ħsieb korjografija fi spettakli kbar. Infatti hi waħda mill-ġurija ta' dan il-programm famuż.
Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg