Il-kantant lokali Ike Mizzi kemm-il darba naraw xi messaġġ mill-isbaħ minn qalbu ddedikat għal xi persuna speċjali għalih, speċjalment familjari. Din id-darba lill-għażiż ħuh fl-okkażjoni tal-ewwel tqarbina.

"Qalbi tiegħi x'ġurnata kienet llum, irċivejt l-ewwel tqarbina. X’ferħ ħassejt ġo qalbi kif rajtek titqarben, dak il-ħin għajnejja ntlew bid-dmugħ u qalbi bil-ferħ. Kly kemm jien kburi bik b'dak kollu li int kapaċi tagħmel" Ike bħa ldejjem juri l-appoġġ tiegħu lejn ħuh, u l-imħabba bla kundizzjoni tiegħu lejh.

Ike ikompli, "Inħobbok b'qalbi kollha u jien dejjem hawn għalik." Awguri minn qalbna Kly!

Facebook/ Ike mizzi


Kyle Zarb