Fuq grupp fuq Facebook, mara kitbet il-mistoqsijiet u ħsibijiet tagħha wara li saret taf kemm jaqilgħu profit ir-ristoranti.

“Xbajt bir-ristoranti jilmentaw. Għamlu aktar flus dan is-Sajf tal-Covid bil-vawċers milli qatt għamlu,” kitbet hi. “Kull darba li ppruvajt nibbukkja mejda fejn kienu fully booked. Iridu li l-elettriku jitħallas u l-kera titħallas mill-gvern.”

“X'ġara mill-miljuni li għamlu fis-snin li għaddew qabel il-Covid? Il-kuġin tiegħi għandu restorant u qalli li tiswieħ €1.50 biex jagħmel platt għaġin li jbiegħu €9 u €1.75 biex jagħmel pizza li jbiegħ għal €8.”

“Ħares lejn dawk il-profitti tal-mostru! Flixkun inbid iħallas inqas minn €5 u jbiegħu għal €20! Il-profitti tar-ristoranti għandhom jiġu mmonitorjati mill-gvern. Dawn is-sidien rgħiba għamlu miljuni fil-passat, issa jibku għal ftit xhur ħżiena wara li l-gvern tahom il-vawċers.”

covid

X’taħseb minn dak li qalet din il-mara? Għandek xi tweġiba għaliha? Iktbilna fil-kummenti.

Facebook/Carpigiani


Nicole Barbara