Dawk kollha li sewgew l-X Factor il-Ħadd li għadda, lil Courtney jiftakruha żgur. Jekk le, il-kumment ta' Howard Keith fejn qal li t-tip ta' vuċi tagħha, hi vuċi li ddejqu u li kieku jista' jagħmel il-konkos biex ma jisma' xejn kulħadd jiftakru.
Courtney ħasset il-ħtieġa li titkellem, titkellem mhux dwar dak li qalu l-ġurija l-aktar, imma dwar ċertu kliem li għaddew in-nies. "Pruvajt ma nikkumentax imma ma nistax... naf li ħafna nies rawni llum u tmejlu bija wkoll. Jiddispjaċini ngħid li ntqal kliem li ma kienx xieraq la għalija u anqas għal ħadd! Jien bqajt soda imma jaf ħaddieħor ma joħodhiex b'mod tajjeb."
Ir-realtà hi dik li hi u hi tkompli tisħaq: "M'iniex ngħid li ma ddispjaċinix għax ovvjament kulħadd jipprova jagħmel għal aħjar biex jirnexxi fil-ħajja, iżda jkun hawn nies li jippruvaw iwaqqgħuk għaċ-ċajt anke tal-familja tista' tgħid! Però ħaġa ħa ngħid bħal ma smajtuni ngħid, ma naqta' qalbi QATT!"
Ritratt: Facebook / Dominic Cini
Tagħlaq billi turi determinazzjoni liema bħala: "U iktar kemm nara nies jippruvaw iwaqqgħuni għaċ-ċajt iktar noħroġ għalihom b'saħħa biex jibilgħu kull kelma li qalu! Ha nistinka biex li rrid inwettqu. U jekk hemm xi ħadd li ġralu bħali , ngħidlu tħalli 'l ħadd iwaqqfek minn dak li tixtieq tagħmel għax illum jien u għada int!"
Tant hu hekk li hi l-kantant Dominic Cini milli akkademja Vocal Lane qasam ritratt ma' Courtney fejn qal li hi tinsab preparata sabiex titgħallem aktar dwar it-teknika tal-kant sabiex issir aktar b'saħħitha u ma taqta' qalbek qatt. Il-paġna tal-akkademja Vocal Lane infatti qasmu ritratt ta' Courtney waqt lezzjoni bil-kliem: "Meta taqa', terġa' tqum ma jimportax kemm tweġa', xejn ma jaħdem sakemm ma taħdimx int u flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza."
Ritratt: Facebook / Vocal Lane
Aħna nawguraw lil Courtney l-isbaħ suċċess, ċertament li bi gwida tajba tkun tista' timxi u jekk Alla jrid tasal għal dak li tixtieq qalbha. Il-ħolma tagħha tal-kant taf issir realtà wkoll. Min jaf jekk minn 'il quddiem minn karriera tagħmel id-dwiefer iżżidx dik tal-kant ukoll? Awguri Courtney.