F'post fuq il-midja soċjali Corazon kitbet: "Xi kultant nibdel l-uffiċċju ma’ xi ħaġa bħal din. Darba xi ħadd għaref qalli: jiġi punt f’ħajtek fejn ikollok tagħżel. Min ma jifhimx x’jiġifieri jkollok in-nar kreattiv ibaqbaq ġo fik, ma jistax jifhem għaliex u x’għandek bżonn u jistaqsik jirrendix flus u hux worthit."

Ritratt: Facebook / Corazon Mizzi 

Ittemm billi tgħid: "Il-professjoni tħabbilli moħħi u tagħtini sodisfazzjon kbir, imma tbissima bħal din nerfagħha għal mumenti oħra." Il-mistoqsija tiġi weħidha, x'għandna nistennew minn Corazon fil-jiem li ġejjin? Ċertament li materjal mingħand din il-kantawtriċi dejjem jinżel għasel ma' numru ta' Maltin.

Facebook / Corazon Mizzi 


Emil Calleja Bayliss