"Coco Bordell ma twelditx tliet snin ilu, kif jaħsbu bosta nies," kitbet Coco Bordell fuq Instagram.
Hi u tirreferi għall-ewwel filmat li tellgħet, spjegat, "Dan huwa l-ewwel xow tiegħi ġewwa l-Midnight Shift f'Sydney, l-Awstralja (iva, b'irtokk terribbli) f'Ottubru tas-sena 2000 mal-leġġendarja Claire De Lune."
Imbagħad, b'referenza għaż-żewġ filmati l-oħra li tellgħet, kitbet: "Dawn huma mill-NV Club ta' Paceville fl-2002. X'memorji."